Minn Patricia Gatt, B.A. (Hons).
Bhala parti mill-iskema ta’ programmi “outreach”, il-Malta Drama Centre, matul ix-xhur tas-sajf 2011 , dahal biex jipprezenta xows interattivi ma’ residenti ta’ sitt djar ghall-anzjani. Matul l-ahhar snin, il-MDC organizza diversi programmi ghal persuni emarginati jew vulnerabbli, fosthom immigrant irregolari u persuni li qed isegwu programmi ta’ riabilitazzjoni. Dawn il-programmi tnidew anki fl-Ewropa fi nhawi bhal-Latvja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Awstrija, il-Germanja, Franza u l-Italja, fost ohrajn.
Issa ilu ftit li dahlet l-idea li l-kwalita’ tal-hajja hi fattur importanti biex nirrezistu l-assalt tal-mard fiziku. U dan jghodd hafna aktar ghall-anzjani. Hu ppruvat li l-kreattivita’ tghin hafna biex kemm fuq il-livell fiziku, kif ukoll fuq dak mentali, l-anzjani jiskopru l-hegga mill-gdid ghall-hajja b’mod li sentimenti ta’ dipressjoni jew hsibijiet dwar il-mewt inevitabbli ma jiddominawhomx kompletament.
Fid-dinja Ingliza, nghidu ahna, qabad sew il-kuncett tat-teatru tar-reminixxenza, fejn drama-terapisti jahdmu progetti ma’ komunitajiet ta’ anzjani, ilkoll bi problemi varji ta’ sahha. Dawn il-programmi gieli gabu flimkien generazzjonijiet differenti, bl-anzjani jghaddu taghrif indispensabbli dwar hajjithom lit-tfal, per ezempju. Fi progett ta’ tnax –il-gimgha imsejjah In the Limelight li nhadem ma’ pazjenti li jsofru mill- Alzheimer’s kien irrappurtat li x-xena tat-tieg minn Romeo and Juliet qanqlet grupp ta’ nisa jiftakru fil-jum tat-tieg taghhom.
Dawn il-programmi instab li huma utli wkoll ghall-professjonisti u l-familjari tal-anzjani, peress li jghinu biex inaqqsu l-livelli ta’ stress u l-pazjenti jiksbu lura x-xrar ta’ personalita’ li ma ntilfitx ghal kollox. Ghall-qraba, b’mod partikolari, dan hu ta’ farag u ghajnuna kbira u jghinhom jeghlbu s-sens ta’ konfuzjoni quddiem il-kundizzjoni ta’ qrabathom.
Konxju mill-impatt pozittiv ta’ dawn il-programmi, ic-Centru tad-Drama Mikelang Borg qed iniedi progett pilota li fih xi ghalliema mill-istess Centru bdew iduru numru ta’ djar ghall-anzjani u jtellghu programm animat ta’ kant u zfin.
Is-sessjoni li attendejt ghaliha ittellghet wara nofs in-nhar u meta dhalt is-Central Home tal-Mosta kien hemm arja ta’ stennija. Ir-residenti kienu kollha lesti, skjerati fuq iz-zewg nahat ta’ sala tawwalija. Sirt naf mill-kummenti tal-Matron wara r-repprezentazzjoni li l-carers kienu ilhom minn siegha qabel jippreparaw lill-anzjani, li numru minnhom htegilhom attenzjoni partikolari biex jingarru.
Il-grupp mic-Centru tad-Drama kien jikkonsisti f’zewg zeffiena (Svetlana u Deborah) u zewg kantanti (Lorna u Christabelle Curmi). Is-sessjoni infethet minn Lorna ? li tispeccjalizza fit-teatru muzikali u ghalkemm l-anzjani m’humiex familjari mal-kanzunetti tal-musicals iktar ricenti stajt tinnota li bdew juru ammont ta’ interess. Ma kienx hemm anzjani jaqbdu ma’ xulxin kif dejjem jigri meta grupp ta’ nies b’personalitajiet, htigiet u attitudnijiet differenti jkunu kostretti jghixu flimkien.
Mis-siltiet mill-musicals, imbaghad kien imiss lil Christabelle Curmi tkompli tanima lill-udjenza b’kanzunetti bil-Malti fosthom “Xemx Wisq Sabiha” u “It-Tieg tan-Neputija”. Kien hawn li l-udjenza animat l-izjed ruhha, b’capcip u kant u sahansitra zfin b’koppji maghmulha minn membru tac-Centru, residenti u carer. Interessanti tisma’ l-kummenti tal-carers u n-nurses, ghaliex il-muzika u l-kant ghenu biex residenti li jista’ jkun ghandhom il-fama li huma difficli jinhargilhom aspett tal-karattru li min jaf kemm ilu mirdum, jekk mhux ukoll inghata l-hajja ghall-ewwel darba. B’mod indirett dan jghin lil carers jaraw lir-residenti f’dawl differenti u l-istimulazzjoni fizika u mentali thalli l-effetti pozittivi, b’mod li r-relazzjoni bejn ir-residenti u min jiehu hsiebhom tkun wahda ta’ inqas strapazz.
Interzjat mal-kant kien hemm zewg zifniet flamenco, wahda tradizzjonali u l-ohra fuq stil iktar modern. Hawnhekk, uhud mir-residenti, bla ma kienu animati minn hadd, bdew jippruvaw izommu ritmu b’capcip u kien hemm min sahansitra beda jimita l-mossi kumplessi tal-idejn sinonimi mal-flamenco billi jcaqilqu dirghajhom. Impressjonanti l-fatt li l-mara li istintivament bdiet tesprimi lilha nnifisha mar-ritmi tal-flamenco kienet f’siggu tar-roti u ghaldaqstant assumejt li l-abbilta’ taghha li ticcaqlaq hu limitat.
Is-serata intemmet b’kanzunetta ohra bil-Malti. Importanti li l-programm inkluda l-kant. Dan ghax studji ta’ kif il-mohh jinbidel juru li kanzunetti li persuna tkun tghallmet sa ma jkollha 25 sena, flimkien ma’ l-esperjenzi formattivi li tkun akkumulat sa din l-eta’, huma hafna iktar faci li wiehed jibqa’ jiftakarhom. Minhabba li din kienet l-ewwel sessjoni, tistenna li fis-sessjonijiet li jmiss il-livell ta’ participazzjoni jizdied. L-udjenza dehret apprezzattiva, bin-nisa l-iktar lesti li jarmu ftit mill-hafna inibizzjonijiet li telghu bihom. Il-ftit irgiel residenti prezenti kienu iktar riservati imma dan ma jfissirx li iktar mal-progett pilota jimmatura, iktar juru disponibbilita’ li jiehdu sehem attiv.
Kumment partikolari li laqatni kien dak ta’ persuna li ommha hi residenti fis-Central Home tal-Mosta. Meta rringrazzjat lill-kantanti u liz-zeffiena, qaltilhom li hadet gost tara lil ommha titbissem, espressjoni li ilha hafna ma tara fuq wiccha. Ta’ min jghid li din ir-residenta anzjana dehret li hi wahda mill-iktar residenti f’qaghda delikata u li tinhtieg attenzjoni u kura iktar minn residenti ohra.
Kollox juri li b’popolazzjoni dejjem iktar tixjieh, l-Unjoni Ewropea qed taghti attenzjoni ikbar lis-settur tal-anzjani, li hafna drabi huma grupp zprivileggjat mill-media li tippreferi tiffoka fuq il-glamorozita’ taz-zghozija. Il-programmi ta’ animazzjoni, reminixxenza, mobbilita’ li jmexxu entitiajiet bhan-Network Ewropew tat-Tifkiriet lahqu livell ta’ sofistikazzjoni li f’pajjizna ghadna neqsin minnha. Il-progett li c-Centru tad-Drama Mikelang Borg qed iniedi hu tentattiv biex l-ispirtu ghall-hajja tal-anzjani jkun rikonoxxut wisq ahjar.
Il-programm mal-anzjani qed isir taht l-awspicji tad-Direttorat ghat-Taghlim ghal Matul il-Hajja, bl-ghajnuna tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xoghol u Familja kif ukoll is-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani.