|
Il-progett li tellajna ghal dan il- Festival kien wiehed ibbazat fuq “ritual theatre” ispirat mill-poezija ta’ Gorg Pisani l-Ggantija t’Ghawdex . Il-“performance”, diretta f’Malta minn Lino Farrugia, bl-ghajnuna tal-prezenti, kienet komposta minn muzika primittiva b’tahlita ta’ hsejjes u ritmi fuq it-tnabar u l-vuci umana. Kienet kompozizzjoni ta’ melodija u azzjoni mill-bidu sal-ahhar b’varjeta’ ta’ adagio, crescendo, andante u silenzji mirquma biex ihallu lill-udjenza tohlom b’ghajnejha miftuha dwar ir-ritwali tas-sagrificcju uman fiz-zminijiet neolitici, u fl-istess hin tqajjem kuxjenza dwar is-sagrificcju modern, tar-ruh zaghzugha offruta fuq l-artal imgewwah tal-kapitalizmu. Il-grupp ta’ atturi Maltin, maghmul minn 10 studenti tad-Drama Centre hadmu bis-shih fuq diversi modi biex isahhu u jvarjaw l-uzu tal-vuci, kif ukoll l-abilta’ fizika. Kellhom ukoll jaghmlu ricerka storika biex il-‘performance’ tkun kemm jista’ jkun vicina lejn dak li seta’ kien u gara fiz-zmien neolitiku. Biex jaghmlu dan, harisna lejn socjetajiet primittivi fil-Kenya, iz-zfin tal-Flamenco u l-ghana Malti. Il-hsejjes tal-lingwa Maltija kienu (biex nghid hekk) it-tafal li minnu hloqna din l-iskultura teatrali. It-tahrig ha madwar 3 xhur, sabiex f’Jannar tlajna Graz, l-Awstrija. Hemmhekk iltqajna ma’ participanti mill-Italja, il-Germanja, ir-Rumanija u l-Awstrija. Kien interessanti li tara kif kull nazzjon hadem fuq it-tema tal-muzika fit-teatru, tema li fuqha kien imsejjes dan il-Festival. B’wicci minn quddiem nghid li tal-Maltin kienet l-aktar wahda b’sahhitha f’dik li hi prezenza, kontinwita’ u muzika. L-ghalliema tal-kullegg Dreihackengasse Schule fasslu programm interattiv bil-ghan li l-participanti jithalltu u jsiru jafu lil xulxin. Ghaldaqstant sa mill-ewwel gurnata wara il-ftuh ufficjali tal-Festival, saru sensiela ta’ workshops biex iservu ta’ “ice breakers”. Kellna programm intensiv, mimli daqs bajda. It- Tnejn kellna l-opportunita’ nzuru l-qalba tal-belt, l-Opera House, Schlossberg, Kunsthaus Graz, Pailais Saurau u l-Katidral. It- Tlieta kellna hin biex nattendu ghal “workshops” varji dwar percussion, hip hop, yodelling, improvisation, juggling u zfin. Imbaghad l-Erbgha kien iddedikat ghad-“dress rehearsal” u “technical” ukoll. Il-“performance” ittellghet darbtejn. L-ewwel darba kien l-Erbgha filghaxija fejn kienu mistiedna personaggi distinti bhas-Sindku ta’ Graz, artisti u produtturi mit-teatru nazzjonali ta’ Graz. U t- tieni darba saret il-Hamis filghodu quddiem udjenza ta’ zghazagh, studenti ta’ l-istess kullegg. Il-Hamis kellna hin ghall-evalwazzjoni u kritika tax-xoghol li ttella’. Saru zewg laqghat, wahda ghall-istudenti u l-ohra ghat-tutors. Fiz-zewg okkazzjonijiet, Malta nghatat kritika tajba hafna. Fost il-mistoqsijiet imqajma dwar Malta fid-diskussjoni kien hemm: Ghalfejn intghazel dal-progett? X’ ridtu tghidu biha dil-“performance”? X’kellhom f’mohhhom l-atturi huma u jahdmu dan ix-xoghol? Min hareg bl-idea tar-Ritwal? X’ relavanza ghandu dan ix-xoghol ghal udjenza tal-lum? X’ mezz u meto di intuzaw biex inhadmet dil-“performance”? It-Tlieta giet organizzata wkoll ikla ghat-tutors biex ikollna l-okkazzjoni li niltaqghu u niddiskutu – il-post tat-teatru fl-edukazzjoni, il-popolarita’ li jgawdi t-teatru professjonali u d-diffikultajiet li jgib mieghu it-teatru amatorjali. Minn dan kolllu ntbaht li f’Malta qed isir hafna xoghol u esperimenti fuq it-teatru. Jidher li Malta bhalissa qed tghix il-“boom” ta’ l-arti teatrali. Il-fatt li l-Maltin qed jirrikonoxxu t-teatru bhala suggett ghall-istudju diga’ huwa pass importanti fl-istorja ta’ pajjizna. Fost dak li ntqal mit-tutors hareg bic-car li mhux kull skola ghandha t-teatru bhala wiehed mis-suggetti fis-sillabu taghha. Hafna mill-isudenti jkollhom Drama meta l-ghalliema taghhom tiddecidi li tehmez it-teatru mas-suggett li tkun qed tghallem. B’hekk it-teatru mhux trattat kif ghandu jkun. Intbaht li l-kullegg ta’ Santu Wistin li fih jien nahdem bhala ghalliema hu wiehed mill-ftit mhux biss f’Malta izda fl-Ewropa, li qed jaghti spinta lill-post tat-teatru fl-edukazzjoni. Mis-sena 2008, dan il-kullegg beda joffri l-istudju tat-teatru bhala “option” ghat-Thrid Formers. Intqal ukoll li dawk l-istudenti Awstrijaki, Germanizi u Taljani partecipanti fil-Festival, li jkunu jridu jiehdu t-teatru b’mod professsjonali, jkunu jistghu jaghmlu dan meta jilhqu l-eta’ ta’ 16-il sena. Id-dikussjoni mbaghad zvolgiet fuq it-teatru professjonali u dak amatorjali. Ovvjament jekk is-socjeta’ ma’ tkunx imrawwma fl-arti drammatika sa minn ckunita, allura n-nies tmurlek u taghmel it-teatru tal-hobby. Teatru mimli b’potenzjal jithalla mistur u mudlam. Waqt l-ikla kien hemm persuni distinti, bi storja fit-teatru li llum qed jiddedikaw hinhom propju biex jaghtu lil “amatuer theatre” dik il-laqta professjonali. Dawn jghidu li ma nistghux noqtlu ghal kollox it-teatru amatorjali biex minfloku ndahhlu t-teatru professjonali, minhabba li t-teatru amatorjali ghandu aktar udjenza minn dak professjonali. Minflok, nies professjonali jistghu jidderiegu t-teatru amatuer u fih jintroducu elementi mit-teatru professjonali, sabiex il-poplu jigi espost ftit ftit ghat-teatru kif ghandu jkun. B’hekk nistghu noholmu li xi darba t-teatru professjonali jkollu udjenza akbar. Fi kliem iehor jekk it-teatru amatorjali ma jithabbibx mat-teatru professjonali ser tibqa’ ssir il-hsara li qed issir fuq is-socjeta’ taghna. Wara din l-esperjenza posittiva u edukattiva ghadna f’korrispondenza b’sahhitha sabiex dan il- festival jerggha jitella’ fi zmien 3 snin ohra. Malta kienet issuggerita bhala “host country”.
© 2008 - The Drama Centre Malta , All rights reserved.
Malta Drama Centre
A State institution providing comprehensive drama training, including outreach theatre.
By: Yvette Buhagiar
Progett ta’ Graz - Austria
Theater Sprachen Symphonie Graz
Internationales Schultheatertreffen |