|
© 2008 - The Drama Centre Malta , All rights reserved.
Malta Drama Centre
A State institution providing comprehensive drama training, including outreach theatre.
Marvic Doughty
Yvette Buhagiar
GRUNDTVIG LIFELONG LEARNING PROGRAMME (2009)
IL-PROGETT TAL-PARK TAL-ANTENNI: INTERVISTA FUQ CAMPUS FM
Campus FM hu l-vuci tal-Universita’ ta’ Malta u jxandar fuq il-frekwenza 103.7 FM. Jittrasmetti programmi mfasslin mill-istess radju, barra li ta’ kuljum jinghaqad mal-BBC World Service ghal servizzi ta’ ahbarijiet internazzjonali u analizi. Campus FM jiffoka, kwazi b’mod esklussiv, fuq programmi ta’ xehta edukattiva u kulturali u ghal dan il-ghan jinghaqad ukoll ma’ l-istazzjoni Classic FM. L-intervista dwar ic-Centru tad-Drama f’Malta u l-hidma li qed iwettaq fi hdan il-Grundtvig Lifelong Learning Programme ittellghet fil-programm Prizma, li ta’ kull gimgha janalizza x-xena kulturali f’Malta. Il-programm jixxandar kull nhar ta’ Tlieta, b’ripetizzjoni s-Sibt. Il-kitba li ssegwi hi traskrizzjoni hielsa tal-parti dwar ic-Centru tad-Drama f’ Malta u l-involviment ricenti tieghu fi Grundtvig 2009.
Il-progett tal-Park tal-Antenni, li ttella’ mic-Centru tad-Drama f’Malta flimkien ma’ imsiehba mill-Awstrija u l-Grecja taht l-awspici tal- Grundtvig Lifelong Learning Programme tal-Unjoni Ewropea, dan l-ahhar kien diskuss fuq Campus FM, l-istazzjon tar-radju tal-Universita’ ta’ Malta. Il-progett uza’ l-metodu tat-Teatru Forum, zviluppat mill-pedagogu teatrali Augusto Boal, biex jinvestiga r-riskji li jezistu bhala konsegwenza tal-istallazzjoni ta’ antenni ghall-komunikazzjoni cellulari fuq l-Gholja ta’ Hortiatis f’Asvestohori, Tessalonika. Prizma, il-programm dwar avvenimenti kulturali li ghandu produzzjoni u prezentazzjoni ta’ Joyce Guillaumier (JG), stharreg kemm il-partecipazzjoni ta’ Marvic Doughty (MD) u Yvette Buhagiar (YB), zewg attrici Maltin fil-progett, kif ukoll il-fehmiet taghhom fuq it-teatru u hidmiethom bhala ghalliema tad-drama. Din li gejja hi traskrizzjoni libera tal-intervista
JG: Lil Marvic ilni nafha ghal bosta snin kemm bhala xandara kif ukoll bhala attrici. M’inix daqstant familjari ma’ Yvette. Illum se jitkellmu dwar ic-Centru tad-Drama f’Malta u l-progett ta’ Teatru Forum li hadu sehem fih flimkien ma’ imsiehba Awstrijaci u Griegi. Biex naghtu bidu, x’inhu l-kontribut tac-Centru tad-Drama f’Malta lid-drama lokali? Fiex jikkonsisti x-xoghol tac-Centru? MD : Ic-Centru tad-Drama f’Malta hu skola statali tad-drama. Il-korsijiet jinghataw filghaxija tul il-gimgha u s-Sibt filghodu u waranofsinhar. Dawk li jattendu m’humiex necessarjament imhajra ghal karriera fuq il-palk imma qed ifittxu li jizviluppaw il-personalita’ u l-hiliet socjali taghhom. It-teatru hu mezz mill-aqwa biex titghallem tahdem f’tim, per ezempju. L-eta’ tal-istudenti taghna tvarja minn 7 snin ghal adulti ‘l fuq minn 40; fil-fatt m’hemm l-ebda restrizzjoni minhabba l-eta’ ghal dawk l-adulti li jixtiequ jattendu. JG : Naf li intom ma tenfasizzawx biss id-drama. Sewwa qed nghid? MD: Hekk hu, fil-fatt noffru klassijiet fil-ballet, iz-zfin flamenco, iz-zfin modern, l-iddisinjar tal-kostumi… JG: Allura intom toffru wkoll tahrig fil-hiliet ta’ wara l-palk? MD: Iva, hekk hu. Sahansitra noffru kors fil-kitba ghall-palk. Madankollu, is-sena li ghaddiet il-kors ma fetahx ghax ma kienx hemm domanda kbira bizzejjed ghalih. Dawk interessati fil-kitba ghall-palk ghandhom jikkuntattjaw lic-Centru tad-Drama ghax ma nistghux intellghu klassi ghal tlieta jew erba’ studenti biss. Jekk l-interess ikun bizzejjed, il-kors isir. JG: Jien l-ewwel wahda li fittixt naghmel pubblicita’ kemm bil-kitba kif ukoll permezz tar-radju lill-korsijiet u l-attivitajiet li c-Centru tad-Drama jorganizza… MD: L-access ghas-sit elettroniku taghna hu facli hafna, barra li dawk interessati dejjem jistghu jcemplu direttament lic-Centru tad-Drama. Illum il-gurnata meta lit-tfal tistaqsihom ghalfejn iridu jiehdu sehem fit-Teatru, it-twegiba inevitabbli hi li jridu jidhru fuq it-television. Dan kollu tajjeb, madankollu, ahna ma ninkoraggux lit-tfal biex jirrectaw biss imma biex jizviluppaw l-immaginazzjoni taghhom, jaghrfu l-moviment tal-gisem, itejbu l-koordinazzjoni u jizviluppaw il-hiliet spazjali li ghandhom. Dan johrog mill-motto taghna: It-Teatru bhala prova ghall-Hajja. Ghaldaqstant ahna nemmnu li t-teatru hu mezz li bih tikkomunika mal-ohrajn, jghinek tehles mir-rigidita’, igieghlek tohrog minn qoxortok u titghallem tipprezenta lilek innifsek b’certu ammont ta’ kunfidenza. JG : Kemm hemm ghalliema impjegati mac-Centru tad-Drama? MD : In-numru preciz ma nafux. Li naf hu li ghandna mal-hames mitt student/a li bhalissa qed jattendu l-korsijiet taghna. Mario Azzopardi, il-kap tac-Centru tad-Drama, dejjem wera entuzjazmu qawwi biex jintroduci klassijiet godda. Sahansitra noffru kors fit-Teatru ghall-Komunita’. Dan kors li jharreg ‘l-istudenti f’metodu ta’ teatru li hu kommess socjalment ghax, fost l-ohrajn, juza d-drama fic-centri tar-riabiltazzjoni, ma’ dawk fil-facilitajiet korrettivi u centri taz-zghazagh. JG : Minbarra li intom atturi, intom ukoll ghalliema. Ghandi kurzita’ nkun naf x’tippreferu. MD : Il-linja propja tieghi hi dik ta’ bankiera. Imma apparti r-rectar, li issa ili nvoluta fih ghal numru ta’ snin, ilni madwar erba’ snin nghallem id-drama lill-adoloxxenti ta’ bejn it-tnax u l-erbatax –il sena. Kieku kellek tinsisti fuq twegiba wahda, ikolli nghidlek li fil-qiegh nippreferi r-rectar. Imma bhala ghalliema ghandi rwol differenti u dan hu sors ta’ sodisfazzjon tremend, specjalment meta nara l-entuzjazmu tal-istudenti. Ghalkemm l-ezamijiet m’humiex obbligatorji, ahna nressqu ‘l-istudenti taghna ghall-ezamijiet tal-London Academy of Music and Dramatic Art (LAMDA), li jibdew mil-livelli bazici u jaslu sal-livell ta’ diploma. YB: Insibha ferm difficli naghzel bejn ir-rectar u xoghli bhala ghalliema tad-drama. Ir-rectar hu parti mill-hajja tal-atturi u bhala attrici nittrasmetti l-esperjenza li nkun hadt mit-teatru. Nghallem id-drama wkoll fuq bazi full-time, u ghalhekk hajti hi kollha kemm hi fit-teatru. JG: Biex induru ghal dan il-progett tal-UE li hdimtu fuqu, it-Teatru Forum fiex jikkonsisti ezattament? YB: It-Teatru Forum hu metodu differenti ta’ kif tahdem it-teatru. Kienu hafna l-hassieba li matul is-snin hargu b’teoriji dwar it-teatru. It-Teatru Forum jipprezenta realta’ tangibbli li l-pubbliku qed jghixha. L-udjenza ma tassistix b’mod passiv u osservatorju biss ghal produzzjoni miktuba minn qabel. Ghall-kuntrarju, il-pubbliku hu nkoraggit jiehu sehem fir-ricerka u jitla’ fuq il-palk u jiehu l-partijiet tal-atturi biex jissuggerixxi modi kif l-azzjoni tista’ tiehu svolti differenti. L-originatur tat-Teatru Forum, Augusto Boal, kien jemmen li l-bnedmin kollha ghandhom il-potenzjal li jagixxu biex jittrasformaw ‘il hajjithom. MD: Il-process hu wiehed li matulu ma jintuzax skript lest. Issir hafna ricerka, dwar, per ezempju, il-problemi ekonomici u socjali li komunita’ partikolari trid titqabad maghhom fil-hajja taghha ta’ kuljum. JG : Dan ifisser li l-problema hi wahda reali, mhux fittizja, hux tassew? YB: Iva, hi reali. Naghtu kaz, fil-progett tal-Park tal-Antenni hdimna fuq il-problema tar-riskji ghas-sahha kawza ta’ radjazzjoni elettromanjetika, rizultat tal-istallazzjoni ta’ bosta antenni, li qed thabbat wiccha maghhom il-komunita’ Griega tal-belt ta’ Asvestohori. JG: Kif sirtu tafu bil-problema? MD : Permezz tal-Grundtvig Lifelong Learning Programme tliet formazzjonijiet teatrali minn Malta, l-Awstrija u l-Grecja idetifikaw problema fis-socjeta’ taghhom. Imbaghad osservatur mar il-Grecja biex jistharreg il-problema. YB: It-tliet pajjizi involuti idetifikaw kwistjonijiet rispettivi. Konna f’kuntatt kontinwu mal-imsiehba taghna qabel ma tlajna l-Grecja. Kull grupp rispettiv kellu jidentifika problema partikolari dwar pajjizu. Il-grupp Malti ghazel il-problema tal-immigrazzjoni illegali, dak Grieg ghafas fuq l-issue tal-perikli ghas-sahha rizultat tat-twahhil ta’ bosta antenni fuq l-Gholja ta’ Hortiatis u l-Awstrijaci ffukaw fuq il-problema tas-solitudni fis-socjeta’. JG: Il-produzzjoni Maltija dwar l-immigrazzjoni illegali ttellghet diga’? MD: Iva, saret, u l-imsiehba taghna kellhom l-opportunita’ jiltaqghu mal-atturi Maltin. Konna sitta li morna l-Grecja, fejn, qabelxejn, irricerkajna u ddiskutejna l-problema. Imbaghad kellna nizviluppaw sketches li jipprezentaw il-problema tar-radjazzjoni elettromanjetika u joffru wkoll xi soluzzjonijiet. Ta’ min jenfasizza li l-ghan principali taghna kien li nqajmu kuxjenza dwar il-kwistjoni fost ic-cittadini Griegi tal-lokal. YB: Hu sewwasew ghal dan l-iskop li t-Teatru Forum jirreferi ghall-membri tal-pubbliku bhala "spett-atturi". Nafu li s-Sindku tal-belt hu konxju tal-problema, li sahansitra attirat l-attenzjoni tal-Unjoni Ewropea. Hu ferm importanti nirrealizzaw li din mhix problema li tolqot biss lill-Griegi; hawn Malta mimlijin antenni u ghad niffaccjaw problemi tas-sahha simili ghal dawk li l-Griegi qed ibatu minnhom bhalissa. Anki l-UE qed tinsisti li jkun investigat sew l-effett elettromanjetiku fuq ic-cittadini. JG: Li qed tghid hu li t-Teatru Forum hu mezz li jtejjeb il-kwalita’ tal-hajja tan-nies. Dan ifisser li hu politiku? MD : Aktar hu socjali minn politiku fis-sens dejjaq tal-kelma. L-Awstrijaci ghazlu tema socjali li kienet pjuttost astratta ghax il-bnedmin jghaddu mill-esperjenza tas-solittudni b’modi singulari hafna. JG: U hi esperjenza suggettiva wkoll… MD : Stedinna nies mill-komunita’ ghar-rapprezentazzjoni li tellajna. Is-Sindku tal-belt kien prezenti u l-"Joker", li fit-Teatru Forum ghandu l-funzjoni specifika ta’ medjatur bejn l-atturi u l-"ispett-atturi", interrompiet ir-rapprezentazzjoni sabiex il-pubbliku jkun jista’ jiehu sehem dirett f’dak li kien qed isehh. Is-Sindku stess tela’ fuq il-palk.
YB:
Iktar minn politiku niddeskrivi dan il-metodu ta’ teatru bhala demokratiku. Fil-fatt, inharget Ordinanza Legali mill-Parlement Grieg li ssejjah ghall-ismuntar ta’ whud minn dawn l-antenni. Traskrizzjoni: Patricia Gatt B.A. (Hons.) 5 ta’ Awissu 2009.
|