© 2008 - The Drama Centre Malta , All rights reserved.

A State institution providing comprehensive drama training, including outreach theatre.
Malta Drama Centre

KREATTIVITA’ B’RISQ ANZJANI

     Programm interattiv f’diversi djar ta’ residenza.

L-assunzjoni generali hi li l-anzjani m’ghandhomx aktar energija u volonta’ li jkunu kreattivi jew li jiskopru xi haga gdida. Izda din hi percezzjoni zbaljata ghal kollox, jghid Mario Azzopardi, il-koordinatur tac-Centru tad-Drama. Bhalissa, atturi, zeffiena u kantanti mic-Centru tad-Drama fi hdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, qeghdin iduru diversi djar residenzjali ghall-anzjani bi programm interattiv u avventuruz.
ILLUM tkellem ma’ Mario Azzopardi dwar dan il-progett komunitarju.

     X’inhu ezattament il-hsieb wara dan il-progett mal-anzjani?


Dan hu t-tieni programm taghna mal-anzjani. Konna nidejna progett pijunier tliet snin ilu u issa qed nestenduh fi djar residenzjali ohra. L-idea tac-Centru tad-Drama hi li jkunu ngaggati faxex socjali vulnerabbli, bhall-immigranti irregolari, persuni f’rijabilitazzjoni u issa, l-anzjani. Nixtiequ li nwasslu messagg biex tinbidel il-percezzjoni dwar l-anzjanita’, li ma nibqghux inharsu lejha b’mod anakronistiku. Ma nistghux nibqghu naraw lil-anzjani bhala bnedmin passivi li ghaddejjin minn deklin kontinwu.

     X’jista’ jsir maghhom biex tinbidel il-percezzjoni?

Ahna qed nippruvaw nifthu tieqa prattika dwar x’jista’ jsir. Barra minn Malta qed isiru bosta studji u ricerki dwar il-kreattivita’ mhux sfruttata li jista’ jkun hemm f’din l-eta’ avvanzata. Hafna jahsbu li m’ghadx baqa’ sens ta’ skoperta u avventura fl-anzjani, imma dan il-hsieb hu falz. Permezz tal-animazzjoni kreattiva, hafna anzjani jiskopru livelli godda ta’ entuzjazmu ghall-hajja, jiskopru dinamizmu gdid. Anki jekk il-kondizzjoni fizikatista’ tillimitahom. Imma mentalment ghadhom jistghu jkunu stimulati.

      Allura x’metodi jintuzaw?

Jistghu jintuzaw hafna metodi u f’pajjizi ohrajn dawn ilhom skoperti: hemm it-teatru animat, ibbazat fuq l-istejjer li jirrakkuntaw l-anzjani stess jew il-loghob “socjali” fi grupp fejn tkun xprunata l-komunikazzjoni u l-immaginazzjoni. Hawn qed nitkellmu dwar loghob interattiv li jinvolvi l-grupp kollu, li ghandu definizzjoni dinamika u kollettiva, li jhalli lill-anzjani jagixxu. Pajjizi ohra waslu sal-livell tal-loghob interattiv bil-kompjuter. Zviluppaw l-active recreational therapy u hemm assocjazzjonijiet apposta li jiehdu hsieb dan l-aspett fir-riabilitazzjoni tal-anzjani. Ahna ghad m’ghandniex programmi ta’ arti kreattiva ghal din il-faxxa ta’ nies, li dejjem qed tizdied aktar ma titwal il-hajja.

      Ghaliex tahseb li f’Malta ghad m’ghandniex programmi intensivi bhal dawn?

F’Malta ghandna habta li nkarkru saqajna fejn tidhol il-kreattivita’. Qisna nibzghu mit-terminu nnifsu u forsi anki nqisuh bhala “irrelevanti” ghar-realtajiet ta’ kuljum. Imma minghajr kreattivita’ l-pajjiz jibqa’ statiku, jiggammja minghajr vizjoni ghat-tul. U l-kreattivita’ tolqot ‘l-etajiet kollha, mit-tfulija sal-anzjanita’. Nuqqas ta’ kreattivita’ fit-tfal jipparalizzahom psikologikament, jitilghu inibiti, jibzghu jirriskjaw u jesperimentaw. Fl-anzjanita’ l-abbandun tal-kreattivita’ jaf iwassal ghal passivita’ kbira, dipressjoni u letargija morbuza. Nahseb wasal iz-zmien li nizviluppaw xi haga bhal xi Track on Creative Aging kif hemm fl-Amerika jew Theatre of Reminiscence. Il-kuncett irid ikun strutturat, biex jinvolvi lill-anzjani, lill-care workers, lin-nurses, lill-artisti (zeffiena, atturi, kantanti, pitturi, ecc) u lill-familji tal-anzjani.

     Kif jirreagixxu l-anzjani fid-djar fejn qed tmorru?

Jirreagixxu b’mod fantastiku. Min rahom fuq it-TV jaf x’qed ngjhid. Rajna jsehhu mirakli zghar u dan jirrikonoxxuh l-istaff u l-familji li segwew il-programmi fi djar residenzjali rispettivi. Is-sigriet hu li jinbidel l-atteggjament lejn dawn in-nies. Ma jridx jinghalqilhom il-bieb tat-tama li jista’ jkun hemm xi haga lejn xiex iharsu u jaspiraw. Il-biza’ u l-hasra ghal dawn in-nies jehtieg li jinbidlu f’azzjoni pozittiva. Dak hu s-sigriet. Naturalment, dan ma nistghux naghmluh wahedna. Ic-Centru tad-Drama ghandu madwar 20 kors ghaddej, mill-ballet klassiku sal-aerobika taz-Zumba u t-Teatru Muzikali. Irid ikun hemm pjan fuq skala nazzjonali. Imma qabel xejn, irridu nnisslu l-vizjoni. Ahna nistghu nuru t-triq ta’ x’jista’ jsir u f’dan is-sens konna fortunati li emmnu mill-ewwel fl-esperiment inhawi bhad-Dipartiment tat-Taghlim ghal Matul il-Hajja, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Familja u s-Segretarjat ghall-Anzjani.

     Fejn qed isiru r-rapprezentazzjonijiet?

Ahjar nghidu “rapprezentazzjonijiet partecipattivi” ghax l-iskop ewlieni ghandu x’jaqsam ma’ l-ingagg attiv tal-anzjani. Din id-darba qed immorru f’sitt idjar residenzjali fil-Mosta, H’Attard, in-Naxxar, iz-Zejtun u anki f’St. Vincent de Paule. U qed insibu ghajnuna u apprezzament kulfejn immorru. Kemm mill-istaff, kemm mill-familji u fuq kollox, mill-anzjani nfishom, kif juru diversi intervisti li ghamilnielhom ghar-ricerka taghna.

     LULJU 2011

SPECJALI GHAL “ILLUM”

aaaaaaaaaaaaiii