|
Patricia Gatt B.A. (Hons.)
F’dawn l-ahhar snin ic-Centru tad-Drama f’Malta (CDM) intoduca t-Teatru ghall-Komunita’, generu ta’ teatru li jittratta temi socjali. Dan wassal biex ic-Centru tad-Drama jiehu sehem fi progammi specifici ta’ edukazzjoni tul il-hajja li l-Unjoni Ewropea (UE) toffri fi hdan l-iskema Grundtvig. Ic-CDM bena profil qawwi fl-organizzazzjoni u t-tahrig ta’ animaturi interessati f’teatru dwar temi socjali. F’ghadd ta’ progetti hadu sehem studenti u animaturi mill-Awstrija, il-Bulgarija, Franza, il-Grecja, l-Italja, il-Latvja, l-Ungarija, ir-Rumanija u l-iSlovakkja. Bhala ghodda ghal dawn il-programmi Grundtvig, ic-CDM ghazel il-metodu ta’ teatru forum, zviluppat minn Augusto Boal. Din il-prattika teatrali issahhah lic-cittadini biex jikkonfrontaw temi li, b’xi mod, jikkompromettulhom hajjithom. Per ezempju, ic-CDM dahal ghal progetti li jittrattaw il-vjolenza domestika, id-drogi, ix-xorb eccessiv, ir-riabilitazzjoni ta’ eks-habsin, problemi ekologici u l-izvantaggi tat-teknologija moderna. Mario Azzopardi, il-Kap tac-CDM jelabora hekk: "Ic-Centru Malti tad-Drama issa ilu ghal hafna snin jipprovdi tahrig f’diversi pajjizi Ewropej konness ma’ teatru dwar temi socjali. Il-programmi kollha taghna huma konnessi mal-iskemi tal-edukazzjoni tul il-hajja li l-UE toffri. Fl-Ewropa t-teatru mhux professjonali hu influwenti hafna u t-teatru dwar temi socjali ghandu profil gholi f’oqsma relatati mal-kultura u s-socjeta’. Hu stmat li fl-Ewropa hemm madwar 150,000 kumpanija teatrali mhux professjonali li, minbarra li jippromwovu l-arti performattiva huma entitajiet socjali kommessi b’mod partikolari favur il-promozzjoni ta’ socjeta’ demokratika u civili. Azzopardi jkompli jispjega: "Ic-Centru Malti tad-Drama offra involviment attiv ‘l-kumpaniji u truppi ad hoc permezz ta’ tahrig li jwassal ghat-tishih tac-cittadini Ewropej, specjalment dawk li m’ghandhomx lehen. Il-programmi taghna huma normalment sponsorizzati mill-fergha sezzjonali tal-programm Grundtvig, li ghandha l-ghan li tqawwi il-koperazzjoni Ewropea fit-taghlim tul il-hajja." Augusto Boal, l-originatur tal-metodu teatrali maghruf bhala teatru forum, esprima l-hsieb li "t-teatru hu raprezentazzjoni mhux riproduzzjoni tar-realta’ socjali." Il-mod ta’ kif hadem it-teatru kien innovattiv ghaliex fittex li jsahhah lill-udjenza, li sejjah "spett-atturi." Aktar milli jaccetta l-idea ta’ udjenza passiva, Boal jinkoraggixxi lill-"ispett-atturi" jintervjenu waqt ir-rapprezentazzjoni billi joffru suggerimenti kif ix-xoghol teatrali jista’ jiehu xejra differenti minn dak dettat fl-iskript. Dan il-bidu semplici zviluppa fit-tip ta’ teatru li Boal sejjah "it-teatru tal-oppressi", metodu li fih kull idea, strategija u soluzzjoni hi investigata fuq il-palk biex ir-rizultat ikun applikat ghal sitwazzjonijiet reali, bil-ghan li jinqerdu l-kundizzjonijiet oppressivi. Imnebbhin mill-bidliet li l-movimenti socjali u politici tas-snin sittin u sebghin gabu fl-istrutturi tal-poter, il-progetti ta’ teatru forum jiffukaw fuq ghadd ta’ temi. Dawn jinkludu d-drittijiet umani, il-komunitajiet rurali, it-trawma tal-gwerra, izvilupp sostenibbli, il-habsijiet u s-sistema gudizzjarja, l-edukazzjoni, il-mard sesswali u l-HIV/AIDS u s-sahha mentali. Fl-iktar progett ricenti, li ttella’ taht l-awspici tal-Programm Grundtvig ghat-taghlim tul il-hajja, ic-CDM dahal bi shab ma’ tliet entitajiet: dak Malti, dik Awstrijaka u formazzjoni Griega. Il-programm Grundtvig ta’ l-UE twaqqaf bil-hsieb specifiku li joffri finanzjarjament lill-ghaqdiet ta’ edukazzjoni ghall-adulti. Bhalissa qed tinghata ghajnuna ‘l diversi tipi ta’ progetti filwaqt li ghadd ta’ entitiajiet interessati fil-qsim ta’ esperjenzi u tahrig professjonali fuq livell Ewropew qed jircievu fondi. It-tliet pajjizi ghazlu tema rilevanti ghas-socjeta’ taghom. Malta ghazlet il-problema tal-immigrazzjoni illegali; l-Awstrija ffukat fuq il-problema tal-identita’ nazzjonali filwaqt li l-Grecja wriet interess partikolari fi problema urgenti li ghandha x’taqsam mal-perikli ghas-sahha pprovokati mill-istallazzjoni ta’ mijiet ta’ antenni elettromanjetici ghall-komunikazzjoni cellulari fuq l-Gholja ta’ Hortiatis (Asvestohori) f’Tessaloniki. It-tema ghandha rilevanza partikolari fid-dawl tal-pozizzjoni tal-Parlament Ewropew (PE) dwar il-proliferazzjoni mhix regolata ta’ l-antenni. Ricentament il-PE ivvota b’maggoranza kbira biex jirrevedi r-regolarizzazzjoni ta’ stazzjonijiet ghall-komunikazzjoni cellulari u sorsi ohra ta’ frekwenza elettromanjetika. L-ansjetajiet li ssemmew fil-PE dwar il-perikli li potenzjalment jezistu jekk wiehed ikun espost ghal sorsi elettromanjetici kienu kkwotati f’Malta mill-ghaqdiet ambjentali. Dawn semmew li f’Malta n-numru ta’ antenni ghall-komunikazzjoni cellulari issa hu wiehed ghal kull 194 cittadin. Skond rizoluzzjoni tal-PE, bhalissa l-Ewropej huma esposti ghal tahlita perikoluza ta’ radjazzjoni elettromanjetika kemm fil-hajja privata taghhom kif ukoll f’dik ta’ fuq ix-xoghol. Potenzjalment dan jista’ jirrizulta f’riskji ghas-sahha, l-iktar fit-tfal. Rapport imxandar f’gazzetta Maltija ta’ kuljum (The Malta Independent) irrefera ghal numru ta’ rizoluzzjonijiet imsemmija fid-dokument ta’ l-UE. Ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu sejha lill-gvernijiet biex itejbu l-protezzjoni tac-cittadini li jghixu qrib l-antenni. Ghandhom jidhlu fis-sehh ukoll regoli dwar id-distanza bejn lokalita’ partikolari u l-antenni. Issir enfsi wkoll dwar il-post adatt ghall-istallazzjoni tal-antenni u l-uzu bi shab ta’ mastijiet u transmitters biex jitnaqqas il-proliferazzjoni taghhom. Apparti dan, ir-rizoluzzjoni "issejjah ‘l-awtoritajiet biex jassiguraw li ghall-inqas l-iskejjel, id-djar li jiehdu hsieb it-tfal zghar, ic-centri ghall-anzjani u l-istituzzjonijiet tas-sahha jinzammu hielsa minn facilitajiet ta’ dan it-tip." Kien f’dan il-kuntest li l-kontingent Malti ta’ atturi mic-CDM mar il-Grecja biex jistharreg il-perikli kkawzati mis-sorsi elettromanjetici fuq u madwar l-Gholja ta’ Hortiatis. Qabel ma hallew Malta, madankollu, il-grupp irricerka t-tema f’numru ta’ workshops li elenkaw problemi bhal incidenza akbar ta’ kancer, telfien tal-fertilita’, korrimenti fit-tqala u trabi li jitwieldu b’dizabbilita’. Ix-xoghol ta’ tiftix kompla fil-Grecja meta l-grupp zar l-Gholja ta’ Hortiatis, ironikament maghrufa bhala "Antenna Park", flimkien ma’ workshops mas-shab Griegi u Awstrijaci u li matulhom kienu zviluppati numru ta’ sketches fi process kollaborattiv. L-isketches stharrgu bosta temi. Dawn inkludew: l-effetti tal-antenni fuq l-agrikoltura u l-hajja rurali, ir-riskji lis-sahha minhabba l-uzu mxerred tal-mobiles, in-nuqqas ta’ azzjoni konkreta minn naha tal-politici u l-indifferenza taghhom quddiem il-pressjoni tac-cittadini, il-prezz gholi ta’ sorsi alternattivi li jiffacilitaw il-komunikazzjoni u l-kaz fittizju ta’ genituri b’wild isofri mill-kancer li jiddeciedu li jmorru jghixu f’post iehor halli jtaffu r-riskji ghal sahhet –il familja. Fil-prattika, l-ewwel sketch ipprezenta tliet atturi li rrapprezentaw in-nuqqas ta’ interess tal-awtoritajiet f’din it-tema. Attur iehor ipprova jigbdilhom l-attenzjoni ghar-riskji ghas-sahha imma hareg dizappuntat. It-tieni sketch, imbaghad, ghafas fuq il-hsara ambjentali rizultat tat-twahhil ta’ l-antenni. Kienet enfasizzat il-fatt li ghalkemm il-bnedmin jirnexxilhom jadattaw ghal ambjent li jista’ jaghmlilhom il-hsara, kif uriet ix-xena tal-mara tnixxef il-hasla mal-arbli tal-antenni, dawn il-bidliet m’humiex kollha pozittivi. It-tielet sketch investiga l-ghazla alternattiva tad-dixxijiet tas-satellita. Din l-ghazla hi ferm iktar ghalja u hi possibbli biss jekk l-awtoritajiet joffru sussidju. L-isketch li segwa esplora l-modi differenti ta’ kif it-teknologija l-gdida bidlet il-mod kif il-bnedmin jikkomunikaw. Dan billi l-atturi pprezentaw il-kuntrast bejn l-stili ta’ hajja tradizzjonali u dawk kontemporanji, specjalment fix-xena ta’ mara li tieqaf tizfen zifna tradizzjonali Griega biex iccempel lil hbiebha u tistedinhom jinghaqdu maghha. L-ahhar sketch ittratta l-kaz imsemmi diga tal-koppja li ghandom wild marid bil-kancer. Minbarra dan, il-grupp Malti intervista grupp ta’ residenti u spjegalhom l-ghanijiet tal-progett tal-Park tal-Antenni. Naturalment, dawk intervistati esprimew thassib dwar il-perikli ghal sahhet il-komunita’. Nikos, li hu parrukkier, innota li r-ricerka xjentifika kkonkludiet li l-livelli ta’ radjazzjoni fl-iskola ta’ Asvestohori huma madwar hames darbiet ghola minn dawk stabbiliti. Dan ikkonfermatu Maria, ghalliema tal-fizika u l-IT, li temmen li jista’ jkun hemm konnessjoni diretta bejn l-ugiegh ta’ rasijiet u n-nuqqas ta’ koncentrazzjoni li n-nies jghidu li jbatu minnhom u d-densita’ qawwija ta’ antenni fuq l-Gholja ta’ Hortiatis. Fit-teatru forum hemm karattru centrali maghruf bhala l-"Joker" li r-rwol tieghu hu dak ta’ medjatur bejn l-atturi u l-ispettaturi u li jinstiga lill-membri tal-pubbliku jiehdu sehem attiv u jinbidlu fi "spett-atturi". Dan sabiex jittrasformaw dak li qed isir fuq il-palk. Fil-progett tal-Park tal-Antenni, Abigail Williams hadmet il-karattru tal-"Joker". Williams mexxiet ukoll il-workshops u l-improvizzazzjonijiet li ffurmaw parti mill-poduzzjoni finali. Lilia Lytra u Maria Papanikolau, tnejn mill-imsiehba Griegi fil-progett, innutaw li ghalkemm il-pubbliku qatt ma kien espost qabel ghall-istil ta-teatru forum, xorta wahda wera livell gholi hafna ta’ interazzjoni, irrispettivament mill-eta’ u l-isfond edukattiv. Fi kliemhom stess: "L-iktar rizultat effettiv kien li c-cittadini ta’ Hortiatis u r-regjun tal-madwar kellhom esperjenza kbira kif joholqu sforz kollettiv kontra problema kronika mhux rizolta, u fehemu l-qawwa tal-azzjoni bhala grupp." Attur iehor Malti fil-progett, David Scicluna Giusti, ikkummenta li ma kien hemm l-ebda inibizzjoni biex l-udjenza tesprimi t-thassib taghha lis-Sindku ta’ Asvestohori, li kien prezenti ghall-ispettaklu. Importanti li jissemma’ li qabel l-ispettaklu propju inharget Ordinanza Legali biex jitnehhew 21 antenna illegali. Waqt ir-rapprezentazzjoni s-Sindku tal-belt qal li ghalkemm mhux l-antenni kollha se jkunu smuntati, din l-ahbar hi pass fid-direzzjoni t-tajba. Din il-pressjoni fuq ir-rapprezentanti tal-poplu torbot mal-veduti ta’ Mario Azzopardi dwar it-teatru bhala ghodda li tista’ ggib bidliet pozittivi fil-hajjiet tan-nies: " It-teatru partecipattiv hu mod dirett ta’ kif taghti l-poter lic-cittadini f’kuntest lokali u pan-Ewropew. Huwa mezz ta’ kif tistimula lil haddiehor lejn bidla socjali. Permezz tal-programmi taghna, ahna niffukaw fuq dawk is-setturi tal-poplu li, ghal xi raguni jew ohra huma oppressi, sew jekk fuq livell personali jew socjali. Il-progett tal-antenni fil-Grecja, per ezempju, holoq forma kollettiva ta’ protesta kontra theddid elettromanjetiku. Ic-cittadini kienu tkellmu u pprotestaw qabel b’mod sporadiku, imma l-programm tal-Grundtvig gabhom ilkoll flimkien bhal qatt qabel. Impennjahom bhala forza kollettiva biex ikunu jistghu joholqu strategiji biex jeghilbu il-bizghat taghhom. F’dan is-sens it-teatru jsir il-prova ghall-azzjoni." Meta kien intervistat f’Gunju ta’ l-2007 ghar-rivista elettronika Democracy Now, Augusto Boal zvela li kien dejjem johlom b’ghamla ta’ solidarjeta’ li tohloq l-etika, mhux il-morali, minhabba li ingustizzji terribbli jistghu jsibu post komdu f’qafas morali. F’dan il-kuntest kien ikkwota lil poeta Spanjol Antonio Machado, li jghid, "Il-moghdija ma tezistix. Tohloq il-moghdija biss jekk tghaddi minn fuqha. Tohloq il-moghdija permezz tal-mixja. Hija din il-‘mixja", ir-rieda li tirrinunzja ghall-passivita’ biex b’hekk titnissel bidla trasformattiva li t-teatru forum jipprogetta li jikseb. Kif kien xieraq il-progett tal-Park tal-Antenni kien iddedikat lill-memorja ta’ Augusto Boal li miet sewwasew fil-jum meta l-atturi Maltin telghu l-Grecja.
Il-progett tal-Park ta’ l-Antenni kien koordinat minn Mario Azzopardi Dip. Ed., M.Phil. (Theatre),Principal tac-Centru tad-Drama f’Malta u mmexxi minn Abigail Williams B. A. (Hons.) (Theatre). L-imsiehba Awstrijaci kienu rapprezentati mill-Austrialia Business Club ta’ Vjenna filwaqt li l-Kumpanija Teatrali Machina ta’ Asvestohori irrapprezentat in-naha Griega.
© 2008 - The Drama Centre Malta , All rights reserved.
Malta Drama Centre
A State institution providing comprehensive drama training, including outreach theatre.
GRUNDTVIG LIFELONG LEARNING PROGRAMME 2009 :
RAPPORT DWAR IL-PARTECIPAZZJONI TAC-CENTRU TAD-DRAMA F’MALTA FIL-PROGETT TAL-PARK TAL-ANTENNI (ASVESTOHORI, TESSALONIKI) |